Raġel ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fil-Mellieħa.
Fi stqarrija l-pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fi Triq l-Assedju Kbir.
Ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa gravi.
Il-pulizija qalet li minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel li huwa residenti l-Mellieħa stess kien qiegħed isuq il-mutur u tilef il-kontroll. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.