Raġel iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Furjana

Malta Police Force

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur fil-Furjana.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ntalbet l-assistenza fid-9.20am fi Triq il-Vittmi Furjaniżi tal-Gwerra. Spjegat li mill-istħarriġ li sar jidher li r-raġel huwa Taljan ta’ 44 sena u residenti Raħal Ġdid.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.