Raġel iweġġa’ gravi wara li jaqa’ minn mutur

Raġel ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minnu nhar it-Tnejn filgħaxija.

Il-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq in-Nutar Zarb, Ħ’Attard.

Ir-raġel, ta’ nazzjonalità Pakistana u residenti Birkirkara, kien qiegħed isuq Geely Samba 125 meta tilef il-kontroll tiegħu.

Issejħet ambulanza, u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.