Raġel iweġġa’ gravi wara ħabta b’mutur

Sewwieq ta’  mutur ta’ 40 sena minn Ħal Għargħur sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza misjuqa mir-raġel ta’ 60 sena mill-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-7:15 am fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.