Raġel iweġġa’ gravi waqt xi xogħol f’Ta’ Qali

Raġel weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet ta’ Malta f’Ta’ Qali. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel huwa residenti l-Fgura u għandu 52 sena.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ minn fuq container waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.