Raġel weġġa’ gravi meta ntlaqat minn karozza

Raġel ta’ 51 sena weġġa’ gravi meta ntlaqat minn karozza fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-10:15am.
Ir-raġel li weġġa’ huwa Taljan. Il-karozza li laqtitu kienet misjuqa minn raġel ta’ 76 sena minn San Ġiljan.
It-Taljan ittieħed l-isptar b’ambulanza.