Raġel iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn

Raġel weġġa’ gravi waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq is-Silla kantuniera ma’ Triq iċ-Ċervjola, f’Marsaskala.

Ir-raġel li huwa minn Ħal Qormi u għandu 57 sena kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku għenu lill-vittma fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Aktar kmieni llum seħħ inċident ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar:

AQRA: Sit tal-kostruzzjoni jieħu n-nar; ħadd ma jweġġa’