Read in English.
Raġel ta’ 60 sena weġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Lawrenz. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-10.30am fi Trejqet l-Għaxra ta’ Awwissu.
Ir-raġel, Tuneżin, waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.
Hu ttieħed mill-ewwel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.