Raġel iweġġa’ f’kamra tan-nar fil-Qrendi

Aġġornat 09:03 AM

Read in English.

Raġel ta’ 35 sena mill-Kalkara qed isofri minn ħruq kawża ta’ inċident f’kamra tan-nar. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ fil-Qrendi.

Għall-ħabta tal-4:45pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm ittieħed raġel l-Isptar Mater Dei wara inċident f’kamra tan-nar bil-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post.

Mill-istħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel sofra xi ħruq waqt li kien qed jaħdem fuq murtal.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Intant, l-Għaqda tan-Nar Soċjetà mużikali Santa Maria tal-Qrendi ppublikat stqarrija fuq Facebook fejn ikkjarifikat li l-persuna kkonċernata fl-inċident li seħħ il-bieraħ tinsab f’qagħda tajba u ma jinstabx f’qagħda gravi spjegat skont l-istqarrija tal-Pulizija.

L-Għaqda tan-Nar tixtieq tikkjarifika li l-persuna kkonċernata fl-inċident tal-bieraħ tinsab f’qagħda tajba u ma…

Posted by Għaqda tan-Nar, Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi on Monday, January 4, 2021


L-Għaqda tan-nar rringrazzjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor urew solidarjetà mal-membri filwaqt li awguraw fejqan ta’ maljar lill-kollega tagħhom.