Raġel ta’ 47 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7am.
L-ewwel investigazzjonijiet mill-Pulizija juru li karozza tat-tip Toyota, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena li joqgħod is-Siġġiewi, laqtet lir-raġel ta’ 47 li hu residenti Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.