Raġel iweġġa’ gravi f’barriera f’Għawdex

Raġel weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’barriera f’Ta’ Kerċem iktar kmieni waranofsinhar.

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tal-4.15pm f’barriera li tinsab fil-limiti ta’ Għar Ilma. Ir-raġel Taljan ta’ 63 sena u residenti Marsalforn sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-barriera.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.