Ġlieda bejn żewġt iħbieb twassal għal Mater Dei

Argument bejn żewġ irġiel wassal biex wieħed minnhom weġġa’ gravi f’rasu.

L-irġiel ġew fl-idejn ilbieraħ madwar ftit wara t-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Stqarru mal-pulizija li l-argument ġara hekk kif kienu qed idaħħlu l-karozzi tagħhom f’garaxx fl-istess triq wara nofstanhar flimkien, bil-konsegwenza li wieħed minnhom, li għandu 38 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, sofra feriti f’rasu.

Ir-raġel l-ieħor, li għandu 48 sena u joqgħod Ħaż-Żebbuġ, ma sofra ebda ġrieħi fl-inċident.