Raġel iweġġa’ fuq vapur

Raġel ta' 35 sena minn Ħad-Dingli weġġa' gravi meta waqa' xi ħadid fuqu fuq vapur.
L-inċident seħħ ftit qabel l-4pm, meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fuq vapur fil-Laboratory Wharf, f'Raħal Ġdid.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza.