Raġel iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Furjana

Google Maps

Read in English.

Ħaddiem weġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Furjana iktar kmieni matul il-jum tat-Tlieta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li għandu 40 sena u mis-Serbja, residenti l-Imsida, sofra xi ġrieħi wara li biċċa għodda tal-ħadid waqgħet fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq il-Kapuċċini għall-ħabta tal-10am.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.