Aġġornata: Gravi r-raġel li lbieraħ weġġa’ fi splużjoni

Raġel ta’ 34 sena minn Ħal Lija ġarrab ġrieħi gravi wara li lbieraħ kien involut fi splużjoni f'fabbrika tal-mediċina.
L-inċident seħħ fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far għall-ħabta tal-5pm.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ waqt xogħol ta' manutenzjoni, meta għal xi raġuni spara valv li tajjar fwar għal fuq ir-raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar. 
Ritratt: arkivji