Aġġornata: Raġel iweġġa’ fi sparatura fil-Belt Valletta

Raġel ta' 40 sena mill-Belt Valletta weġġa' ħafif f'argument li kien jinvolvi sparatura fil-Belt Valletta.

L-argument bejn żewġ persuni seħħ ftit wara l-11 ta' dalgħodu fl-inħawi magħrufa bħala l-Fosos ta' Forti Sant'Iermu.

Wieħed mill-irġiel spara tir ta' arma tan-nar fid-direzzjoni tar-raġel ta' 40 sena.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post filwaqt li r-raġel ferut ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza.


Il-Pulizija sabet lill-allegat aggresur li ġie identifikat bħala raġel ta' 35 sena mill-Belt Valletta wkoll.
Ir-raġel qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.