Aġġornata (1): Ġrieħi ħfief għar-raġel li weġġa’ bil-jetski fl-Armier

Żagħżugħ ta' 26 sena weġġa’ ħafif waqt li kien qed juża jetski fl-Armier.
Sorsi qrib Newsbook.com.mt qalu li r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn membri tas-Salib l-Aħmar, wara li dawn ħarġu għalih b’dingi.
L-inċident seħħ ftit tas-sigħat ilu, iżda l-kundizzjoni tar-raġel hija stabbli.
Huwa ttieħed Mater Dei b’ambulanza.
Ritratt: Qarrej ta' Newsbook.com.mt