Filmat: Raġel isuq vann fuq ir-runway; Dewmien f’titjira

L-ajruport ta’ Lyon fi Franza ngħalaq wara rapporti li raġel saq għal fuq runway. L-inċident ġara iktar kmieni llum. Skont rapporti li dehru fil-midja Franċiża hemm raġel li qed jiġi miżmum.

Jidher li titjiriet lejn l-ajruport qed jkollhom jibdlu r-rotta.

Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet ma’ Newsbook.com.mt li titjira minn Malta għal Lyon se tiġi ttardjata b’siegħa għalissa. It-titjira tal-Air Malta kienet skedata fis-1.35pm.