Raġel isofri ġrieħi ħfief f’argument fir-Rabat Għawdex

Raġel ta’ 45 sena residenti l-Għarb Għawdex sofra xi ġrieħi waqt argument li seħħ fil-lejl li għadda, f’każin fi Pjazza l-Indipendenza fir-Rabat Għawdex.

Newsbook jinsab infurmat li tliet persuni kienu involuti fl-argument, filwaqt li meta l-pulizija waslu fuq il-post sabu lil raġel bid-demm ma’ wiċċu.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura medika fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.