Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sellum

Raġel ta’ 53 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq tal-Gruwa, ix-Xewkija, Għawdex.

Hu mifhum li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni f’fabbrika.