Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir vojt

Arkivji

Raġel Franċiż ta’ 54 sena residenti fi Triq San Filippu, l-Isla, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra wara li waqa’.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar 3 metri ġo bir vojt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett.