Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat minn karozza

Raġel ta’ 51 sena minn San Ġwann sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa w’nofs fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.
Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Birgu.
Ir-raġel sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Ritratt: Media Police