Raġel isofri ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija

Raġel ta’ 34 sena mill-Pietà sofra ġrieħi iżda m’huwiex fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija kmieni dalgħodu.
Il-Pulizija qalet li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.
Il-karozza tiegħu spiċċat fuq il-barrieri tal-ġenb tat-triq qrib iċ-ċimiterju.
L-inċident seħħ ftit qabel is-7.00am.

Ritratt: Malta Police