Jaħbat bil-mutur; jissielet għal ħajtu

Raġel sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-Gudja.
Fi stqarrija, l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fl-3:40am fi Vjal l-Avjazzjoni.
Minn stħarriġ preliminari jidher li r-raġel ta’ 43 sena, residenti Marsaxlokk, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, waqa’ u weġġa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei.