Raġel fil-periklu tal-mewt wara waqgħa

Arkivji

Indjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq il-blat f’Buġibba u sofra ġrieħi serji f’rasu.

Fi stqarrija il-pulizija qalet li l-inċident seħħ kmieni dalgħodu għal ħabta  tas-siegħa u kwart meta ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq it-Trunċiera f’Buġibba.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja .

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diveris esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.