Raġel imut wara li waqa’ t-taraġ tad-dar

Raġel ta’ 68 sena miet wara li dalgħodu waqa’ t-taraġ fid-dar tiegħu f’Ħal Lija.
Il-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel miet mewta naturali hekk kif hu mifhum li sofra attakk tal-qalb qabel waqa’ t-taraġ.
Ambulanza u tim mediku marru fuq il-post iżda r-raġel laħaq miet.