Raġel imut wara li waqa’ minn għoli f’Delimara

Aġġornat 01:06 PM
CMRU

Read in English.

Raġel tilef ħajtu dalgħodu wara li waqa’ madwar tliet sulari f’Delimara.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tad-8.40am. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel li waqa’ minn xi għoli f’St Peter’s Pool, il-bajja fil-limiti ta’ Delimara f’Marsaxlokk.

L-Awstrijak ta’ 53 sena li joqgħod Bormla ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Infetħet inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia. L-ewwel indikazzjonijiet kienu li r-raġel waqa’ hu u miexi qrib l-irdum.