Raġel imut wara li waqa’ 4 sulari

Raġel ta’ 43 sena li kien joqgħod il-Mellieħa miet fuq il-post wara li waqa’ m’ogħla 4 sulari.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.15pm fi Triq il-Kurazza f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija ntalbet tmur fuq il-post għall-għajnuna, iżda l-Ukren ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Ġiet ordnata inkjesta maġisterjali.