Read in English.
Raġel tilef ħajtu wara li nqaleb bil-forklifter f’Birżebbuġa.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fit-8.15am fiż-Żona Industrijali ta’ Birżebbuġa. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu li raġel Taljan ta’ 68 sena għal xi raġuni nqaleb bil-forklifter u ġie fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie
ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia li ħatret Inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.