Raġel imut wara li jinqaleb fuqu tractor

Għawdxi ta’ 59 sena jitlef ħajtu wara li tractor li kien qed jaħdem bih inqaleb għal fuqu.

L-inċident seħħ f’għalqa fiż-żona magħrufa bħala l-Blajjiet, fl-Għarb Għawdex.

Minnufih, il-pulizija, flimkien ma' ambulanza, marret fuq il-post għall-assistenza. 

Il-pulizija qed tinvestiga aktar dan il-każ.