Aġġornata: Raġel imut wara d-dħaħen li bela’ minn appartament li ħa n-nar

Ġuvni ta’ 35 sena miet wara nirien li ħakmu appartament f’Wied il-Għajn.
Bosta kmamar tal-aħbarijiet qed jaqblu li r-raġel huwa Gordon Spiteri.
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li kien għall-ħabta tal-5.30am meta ntalbet l-għajnuna tagħha fi Triq l-Aħmar wara rapport fil-Għassa tad-Distrett dwar nirien.
Jidher li għal xi raġuni n-nar beda fil-kamra tas-sodda ta' appartament tal-ġirien tiegħu.
Ir-raġel instab mixħut mal-art fil-komun tal-bokka tal-appartament, iżda miet ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.