Raġel imut wara inċident bil-mutur f’Ħal Qormi

Aġġornat 04:51 PM

Read in English.

Raġel tilef ħajtu wara ħabta bejn karozza u mutur f’Ħal Qormi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-bypass tal-Imrieħel f’nofsinhar. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ċċertifika lir-raġel mejjet.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti tas-Sliema u mutur misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti San Ġwann.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli. Hi ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.