Raġel imut wara ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid

CMRU

Read in English.

Raġel miet f’inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-4.15pm.

Il-vittma huwa raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar. Hu kien qed isuq mutur.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei, però r-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

L-inċident ġara fi Triq l-Irvellijiet 1958.