Aġġornata: Il-Pulizija b’dettalji dwar il-vittma; żewġt irġiel interrogati

Raġel miet kmieni dalgħodu wara li qala’ daqqa jew daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta f'Birkirkara.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-lum, xħin għall-ħabta tas-2.30am inqala’ argument bejn tliet persuni fi Triq il-Bwieraq, bejn Triq is-Salib Imqaddes u Triq Ġanni Borg.
Il-persuna ttieħdet immedjatament Mater Dei, iżda tilfet ħajjitha aktar tard.
Il-mejjet huwa Libjan, għandu 40 sena, u joqgħod il-Marsa.
Sadanittant, fi stqarrija separata l-Pulizija qalet li qed tinterroga liż-żewġ Libjani oħra dwar dan il-każ.
Infetħet ukoll inkjesta maġisterjali u nħatru xi esperti biex jassistu lill-maġistrat.
Ritratt: Arkivji