Read in English.
Raġel miet fl-Imġarr f’inċident traġiku fi Triq il-Ħaddedin li seħħ għall-ħabta tal-5.30pm.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel kien qed iħott folji tal-ħadid, għal xi raġuni l-ħadid waqgħu fuq ir-raġel. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.
Raġel huwa aktarx barrani iżda l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.