Raġel imut b’xokk f’maħżen tal-Karnival

Read in English.

Raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun miet wara li ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’maħżen tal-Karnival fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel, Jean Paul Bonnet ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post

Il-każ seħħ fi Triq Xatt il-Mollijiet għall-ħabta tal-4.05pm.