Raġel imut b’overdose f’Ħaż-Żabbar

CMRU

Raġel ta’ 29 sena nstab mejjet b’overdose f’Ħaż-Żabbar.

Sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li l-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett u ta’ Kontra d-Droga. Inħatru esperti li qegħdin fuq il-post.

Il-każ seħħ fi Triq l-Inkurunazzjoni. Fuq il-post kien hemm ambulanza.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt.

Għandek problema bid-droga? Tista’ ċċempel lil Caritas fuq 79213480.