Raġel jitressaq il-Qorti wara li ħebb għal żewġt irġiel b’ħadida

Read in English.

Raġel ta’ 40 sena tressaq il-Qorti ta’ Għawdex, talli hedded żewġt irġiel b’ħadida u sikkina, fi blokka ta’ appartamenti fix-Xagħra.

Ir-raġel li hu mil-Libja, ġie akkużat ukoll li volontarjament kiser il-kwiet u l-paċi pubblika fost akkużi oħra.

Il-każ seħħ ilbieraħ wara d-9 ta’ filgħodu fi Triq is-Sruġ. L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana.