Filmat: Raġel immultat talli saq karozza fuq oħra fir-Renju Unit

Raġel fl-Ingilterra ġie immultat talli saq karozza b’karozza oħra tal-istess għamla u daqs fuq is-saqaf.

Ta’ din il-bravura Glyndwr Richards minn Wales spiċċa fil-qrati ta’ Aberystwyth akkużat li saq b’mod perikoluż fit-toroq Ingliżi.

Ir-raġel li ġie mmultat 80 sterlina, flimkien ma’ surcharge għal vittmi tat-traffiku ta’ 30 Sterlina u tliet punti mnaqqsa mil-liċenzja, iġġustifika ruħu billi qal li jrid jieħu karozza qadima l-iscrap yard.