Raġel imfittex għal serqa kien diġà fil-ħabs

Raġel li kien imfittex mill-Pulizja b’rabta ma’ serqa f’ħanut fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta kien diġà jinsab arrestat minħabba każijiet oħra ta’ serq.

Din l-informazzjoni ħarġet mill-Qorti meta r-raġel ta’ 30 sena residenti l-Belt Valletta wieġeb mhux ħati li seraq fliexkien tal-fwieħa mill-ajruport ta’ Malta. Ġie akkużat ukoll li attakka u weġġa’ lill-manager tal-ħanut.

L-avukat tad-difiża Simon Micallef Stafrace talab għall-ħelsien mill-arrest u qal li l-klijent tiegħu xtaq jattendi programm ta’ riabilitazzjoni minħabba d-droga.

Il-Maġistrat Simone Grech ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-akkużat inżamm arrestat.