Raġel iħebb għal pulizija f’Paceville

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena ħebb għall-Pulizija li prova joħorġu minn stabbiliment f’Paceville waqt li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol. Sid l-istabbiliment talab l-assistenza tal-Pulizija wara li r-raġel Tork, resident Tas-Sliema beda jirrifjuta li joħroġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am ta’ dalgħodu fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan. Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lock-up il-Furjana. Il-Pulizija jidher li ma ġarrabx ġrieħi.

Meta l-Pulizija marru fuq il-post, dan intalab minn Kuntistabbli tal-Pulizija biex joħroġ, iżda irriffjuta. Kien hawn li r-raġel qabad lil Kuntistabbli minn għonqu u pprova jimbuttah. F’dan il-mument, persuna oħra, li ġiet identifikata bħala mara ta’ 39 sena ta’ nazzjonalita’ Brażiljana, residenti l-Gżira, bdiet iżżomm lil Kunstistabbli minn wara.

Hawnhekk intervjenew aktar Pulizija, fejn ir-raġel kien arrestat u ttieħed l-Għassa ta’ San Ġiljan għal aktar stħarriġ. Għall-ewwel, ir-raġel irrifjuta li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija u anke rrifjuta li jidentifika lilu nnifsu. Wara ċertu ħin, ir-raġel ipprovda lill-Pulizija b’dokument ta’ identifikazzjoni.

Mhux eskluż li jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.