Raġel iġarrab ġrieħi gravi wara li jaqa’ f’xaft

Raġel ta’ 68 sena miż-Żurriq ġarrab ġrieħi gravu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sitt piedi ġo xaft ta’ residenza.
L-inċident seħħ fi Triq Ħad-Dingli fir-Rabat għall-ħabta ta’ nofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm raġel li kellu bżonn l-għajnuna.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ritratt: Media Police