Raġel ieħor imut bil-COVID-19; L-44 mewta għal Malta

Old people, anzjani

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar dalgħodu li anzjan ta’ 71 sena miet waqt li kien meqjus bħala każ attiv tal-coronavirus.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-coronavirus fil-21 ta’ Settembru. Il-Ministeru spjega li għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-coronavirus, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19.

L-anzjan, li kellu kundizzjonjiet ta’ saħħa ulterjuri, miet l-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.