Raġel ieħor bi protest ġudizzjarju għax ma kellux avukat fl-interrogazzjoni

Raġel ta’ 40 sena, li qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija b’rabta mad-droga, fetaħ protest ġudizzjarju fil-Qorti fejn qed isostni li ma kienx hemm avukat waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija.
Il-protest ġudizzjarju tagħmel referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li l-avukat għandu jkun preżenti dejjem waqt l-interrogazzjonijiet.
Fil-ġranet li għaddew, il-Qorti kienet iddeċidiet li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali għandhom iħallsu €3,500 f’kumpens lil raġel li kien ingħata sentenza ta’ priġunerija b’rabta mad-droga wara li rebħa kawża quddiem il-Qorti Ewropea.
F’dan il-każ ukoll ir-raġel kien qed isostni li ma kienx hemm avukat waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija.