Raġel idur bieb bieb bl-iskuża li qed jiġbor għad-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza qed jaslula rapporti li raġel liebes pulit qed iħabbat il-bibien u jgħid lil min jiftaħlu li rebaħ €2,000 minn lotterija li d-Dar tal-Providenza għamlet għall-benefatturi tagħha.  Din il-persuna qed titlob €200, l-isem u n-numru tal-karta tal-identità  biex min fetaħ il-bieb ikun jista’ jieħu dan ir-rigal.
L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza qed tavża li ma għamlet l-ebda lotterija għall-benefatturi kif ukoll li qatt ma tawtorizza lil ħadd iħabbat il-biebien biex tiġbor id-donazzjonijiet.
Fl-imgħoddi kien hemm persuni li tressqu quddiem il-qorti mill-pulizija u nstabu ħatja ta’ frodi. Id-Dar tal-Providenza tappella wkoll lill-pubbliku biex min ikollu informazzjoni ta’ ġbir ta’ fondi dwar dan il-każ jew każi simili jirrapporta  direttament lill-pulizija jew lid-Dar stess fuq 2146 4951 jew permezz ta’ email fuq info@dartalprovidenza.org