Raġel hedded lill-Pulizija fl-għassa tal-ajruport

Raġel Taljan ta’ 39 sena hedded u inġurja Surġent u Spettur tal-Pulizja fl-għassa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Skont stqarrija tal-Pulizija stess, il-każ seħħ ilbieraħ u r-raġel ġie mressaq il-Qorti llum. Ingħad li l-akkużat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih fi stadju bikri.

Il-Maġistrat ikkundannah tliet xhur ħabs sospiżi għal sena u multa ta’ €1,000.