Raġel gravi wara waqa’ m’għola sular

Joseph Giordimaina

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ sular.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-03.20am f’ Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar .

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet irriżulta li r-raġel Ingliż ta’ 62 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar stess, waqa’ minn fuq ħajt ta’ ftit inqas minn sular fl-istess triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.