Raġel gravi wara waqa’ mill-mutur

Raġel ta’ 55 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu.

L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ dalgħodu.

Ir-raġel li joqgħod San Pawl il-Baħar stess kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.