Raġel gravi wara li waqa’ għoli ta’ metru u nofs

Raġel Albaniż ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Santa Margerita, is-Siġġiewi.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li illum għall-ħabta tal-għaxra u kwart, il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post waqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.