Raġel gravi wara li waqa’ oġġett fuqu

Raġel ta’ 22 sena mix-Xagħra sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’Għawdex.

L-inċident seħħ lbieraħ għall-ħabta tas-2pm, fi Triq il-Port, f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.

Ii r-raġel weġġa’ meta ntlaqat minn oġġett iebes waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fuq makkinarju tal-kostruzzjoni.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.